29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/29
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – RP Technik vs UASI – Tecnomarmi (RP ROYAL PALLADIUM)
(Kawża T-768/15)
(2016/C 078/40)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RP Technik GmbH Profilsysteme (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Henrichs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tecnomarmi Snc (Treviso, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “RP ROYAL PALLADIUM” – Trade mark Komunitarja Nru 11 358 496
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2061/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, f’każ li l-intervenjenti ma tagħmilx parti mill-proċeduri.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy