30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/34
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Bittorrent Marketing vs EUIPO – BitTorrent (bittorrent)
(Kawża T-771/15)
(2016/C 191/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bittorrent Marketing GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Hoppe, avukat)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BitTorrent, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “bittorrent” Trade mark Komunitarja Nru 3 216 439
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2275/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal revoka ta’ BitTorrent, Inc. fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil BitTorrent, Inc. għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-ewwel frażi tal-Artikolu 76(1) u ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy