29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/31
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – BBY Solutions vs UASI – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY)
(Kawża T-773/15)
(2016/C 078/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BBY Solutions, Inc. (Minneapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Poulter, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Sales Corporation España (Sant Vicenç dels Horts, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BEST BUY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 065 403
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-08/10/2015 fil-Każijiet Konġunti R 733/2015-2 u R 780/2015-2
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tat-8 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R-0780/2015-2 sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tat-23 ta’ Frar 2015, fl-Oppożizzjoni Nru B 1312208 sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni;
—
taċċetta l-Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni dwar it-trade mark Komunitarja Nru 006065403;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Il-Bord kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-elementi dominanti u distintivi tat-trade marks;
—
Il-Bord kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-impressjoni globali maħluq mit-trade marks;
—
Il-Bord kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-identità jew ix-xebh tal-prodotti u servizzi koperti mit-trade marks; u
—
Il-Bord kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi kkonkluda b’mod żbaljat li kien hemm probabiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks precedenti tal-avversarju u t-trade mark tar-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy