29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/32
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Meissen Keramik vs UASI (MEISSEN KERAMIK)
(Kawża T-776/15)
(2016/C 078/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meißen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel und M. Bagh, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “MEISSEN KERAMIK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 100 797.
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 531/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy