15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat
(Kawża C-3/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-Unjoni - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Ksur minn qorti - Domandi preliminari - Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja - Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza))
(2017/C 151/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lucio Cesare Aquino
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
1)
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha jeżisti rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, fil-każijiet fejn l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn deċiżjoni ta’ din il-qorti ma jkunx ġie eżaminat minħabba r-rinunzja għall-atti tar-rikorrent.
2)
Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.
3)
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tastjeni milli tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta appell ta’ kassazzjoni huwa miċħud għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà inerenti għall-proċedura quddiem din il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.