18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – il-Polonja) – J.D. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki
(Kawża C-4/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2009/28/KE - Il-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Enerġija minn sorsi li jiġġeddu - Idroenerġija - Kunċett - Enerġija prodotta f’impjant idroelettriku żgħir li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra)
(2017/C 121/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J.D.
Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “idroenerġija minn sorsi rinnovabbli [li jiġġeddu]”, fis-sens tal-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli [li jiġġeddu] u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-enerġija prodotta minn impjant idroelettriku żgħir, li la huwa impjant ta’ ħażna bl-ippumpjar u lanqas impjant ta’ ppumpjar b’turbina, li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra, li tkun ġabritu għall-finijiet tal-attività tagħha.
(1) ĠU 111, 29.3.2016
Full & Egal Universal Law Academy