Kawża C-5/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta Ġunju 2018 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni (UE) 2015/1814 — Determinazzjoni tal-bażi legali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-att — Assenza — Artikolu 192(1) TFUE — L-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 192(2) TFUE — Miżuri ta’ “effett sinjifikattiv” tal-għażla ta’ Stat Membru bejn diversi sorsi ta’ enerġija u fuq l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 15 TUE — Kompetenzi tal-Kunsill Ewropew — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Analiżi tal-impatt)
C2852018MT310120180621MT00033131
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta Ġunju 2018 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-5/16) ( 1 )
“(Rikors għal annullament — Deċiżjoni (UE) 2015/1814 — Determinazzjoni tal-bażi legali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-att — Assenza — Artikolu 192(1) TFUE — L-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 192(2) TFUE — Miżuri ta’ “effett sinjifikattiv” tal-għażla ta’ Stat Membru bejn diversi sorsi ta’ enerġija u fuq l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 15 TUE — Kompetenzi tal-Kunsill Ewropew — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Analiżi tal-impatt)”2018/C 285/03Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Rudzińska, aġenti, assistiti minn I. Tatarewicz, ekspert)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u A. Pospíšilová Padowska, aġenti], Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Simm, A. Sikora, u K. Pleśniak, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Wolff, J. Nymann-Lindegren u C. Thorning, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis u M. A. Sampol Pucurull, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, G. de Bergues, J. Traband, T. Deleuil u S. Ghiandoni, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren u L. Swedenborg, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, A. C. Becker, E. White u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
( 1 ) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy