3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL vs Administration des douanes et droits indirects
(Kawża C-17/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Artikolu 3(1) - Persuna fiżika li tidħol jew li toħroġ mill-Unjoni - Obbligu ta’ dikjarazzjoni - Żona internazzjonali ta’ tranżitu tal-ajruport ta’ Stat Membru))
(2017/C 213/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL
Konvenuta: Administration des douanes et droits indirects
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni japplika fiż-żona internazzjonali ta’ tranżitu ta’ ajruport ta’ Stat Membru.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.