21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-19/16 P) (1)
((Appell - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi inklużi fil-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni mill-ġdid ta’ dawn il-persuni fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 wara l-annullament tal-inklużjoni inizjali - Għajbien tal-persuna ġuridika matul il-proċedura - Locus standi in judicio))
(2017/C 277/14)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd (rappreżentanti: N. Garcia-Lora, Solicitor, E. Grieves, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek, D. Gauci u J. Norris-Usher, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne, J.-P. Hix u H. Marcos Fraile, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah u Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.