28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-23/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq - Artikolu 16(1) u (5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra))
(2016/C 441/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u billi ma stabbilitx l-interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy