21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-26/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(2)(a) - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid - Residenza tax-xerrej fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Reġistrazzjoni provviżorja fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Riskju ta’ frodi fiskali - Bona fide tal-bejjiegħ - Obbligu ta’ diliġenza tal-bejjiegħ))
(2017/C 277/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jipprekludi li dispożizzjonijiet nazzjonali jissuġġettaw l-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid għall-kundizzjoni li x-xerrej ta’ dan il-mezz ta’ trasport ikun stabbilit jew jirresjedi fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-imsemmi mezz ta’ trasport.
2)
L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni ta’ kunsinna ta’ mezz ta’ trasport ġdid ma tistax tiġi rrifjutata fl-Istat Membru ta’ kunsinna għas-sempliċi raġuni li dan il-mezz ta’ trasport ikun ġie ssuġġettat għal reġistrazzjoni provviżorja biss fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
3)
L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi li l-bejjiegħ ta’ mezz ta’ trasport ġdid, ittrasportat mix-xerrej lejn Stat Membru ieħor u rreġistrat provviżorjament f’dan l-aħħar Stat, ikun ulterjorment marbut li jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud meta ma jkunx stabbilit li s-sistema ta’ reġistrazzjoni provviżorja tkun intemmet u li t-taxxa msemmija kienet tħallset, jew kienet ser titħallas fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
4)
L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu li l-bejjiegħ ta’ mezz ta’ trasport ġdid, ittrasportat mix-xerrej lejn Stat Membru ieħor u rreġistrat provviżorjament f’dan l-aħħar Stat, ikun ulterjorment marbut li jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud f’każ ta’ frodi fiskali mix-xerrej, sakemm ma jiġix stabbilit, fid-dawl ta’ provi oġġettivi, li l-imsemmi bejjiegħ kien jaf jew kellu jkun jaf li t-tranżazzjoni kienet involuta fi frodi mwettqa mix-xerrej u li dan ma ħax il-miżuri raġonevoli kollha possibbli sabiex jevita l-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-frodi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ abbażi ta’ evalwazzjoni globali tal-elementi u taċ-ċirkustanzi ta’ fatt kollha tal-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 136, 18.04.2016.