24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Posnania Investment SA
(Kawża C-36/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(a) - Artikolu 14(1) - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Kunċett ta’ “provvista ta’ beni magħmula bi ħlas” - Trasferiment lill-Istat jew lil awtorità lokali ta’ proprjetà immobbli bil-għan li jitħallas dejn fiskali - Esklużjoni))
(2017/C 239/12)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Minister Finansów
Konvenuta: Posnania Investment SA
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli, minn persuna suġġetta għall-VAT, favur it-Teżor ta’ Stat Membru jew awtorità lokali ta’ tali Stat, li jsir, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bi ħlas ta’ arretrati tat-taxxa, ma jikkostitwixxix provvista ta’ beni magħmula bi ħlas suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud.
(1) ĠU C 145, 25.04.2016