21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-38/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Rimbors tal-VAT mħallsa indebitament - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Modalitajiet - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi terminu ta’ preskrizzjoni))
(2017/C 277/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compass Contract Services Limited
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Dispożittiv
Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest tat-tnaqqis tat-terminu ta’ preskrizzjoni, minn naħa, tat-talbiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament u, min-naħa l-oħra, tat-talbiet għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, tipprevedi perijodi tranżitorji differenti, b’tali mod li t-talbiet relatati maż-żewġ perijodi finanzjarji ta’ tliet snin huma suġġetti għal termini ta’ preskrizzjoni differenti, skont jekk ikollhomx bħala għan ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament jew it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016