24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 – Dyson Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-44/16 P) (1)
([Appell - Direttiva 2010/30/UE - Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 - Tikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners - Effiċjenza enerġetika - Metodu ta’ kejl - Limiti tal-kompetenza ddelegata - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali])
(2017/C 239/13)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Dyson Ltd (rappreżentanti: E. Batchelor u M. Healy, solicitors, F. Carlin, barrister, A. Patsa, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u E. White, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-11 ta’ Novembru 2015, Dyson vs Il-Kummissjoni (T-544/13, EU:T:2015:836) hija annullata sa fejn ċaħdet l-ewwel parti tal-ewwel motiv u t-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza.
2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar l-ewwel parti tal-ewwel motiv u t-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016