21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Unibet International Ltd. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala
(Kawża C-49/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Restrizzjonijiet - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online - Impossibbiltà prattika tal-kisba ta’ tali awtorizzazzjoni għall-operaturi privati stabbiliti fi Stati Membri oħra))
(2017/C 277/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unibet International Ltd.
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online, meta din ikun fiha regoli diskriminatorji fir-rigward tal-operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra jew meta din tipprevedi dispożizzjonijiet nondiskriminatorji, iżda li jiġu applikati b’mod mhux trasparenti jew implementati b’mod li jipprekludi jew li jagħmel iktar diffiċli l-kandidatura ta’ ċerti offerenti stabbiliti fi Stati Membri oħra.
2)
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sanzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposti minħabba l-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard, fl-ipoteżi fejn tali leġiżlazzjoni nazzjonali tirriżulta li tkun kuntrarja għal dan l-artikolu.
(1) ĠU C 136, 18.04.2016.