19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond
(Kawża C-51/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Viti għall-impjanti li huma intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 9021 - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1212/2014 - Validità))
(2017/C 195/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Holland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stryker EMEA Supply Chain Services BV
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond
Dispożittiv
L-intestatura 9021 tan-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014, tas-16 ta’ Ottubru 2014 għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħtha viti għall-impjant medikali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn il-prodotti jippreżentaw karatteristiċi li jiddistingwuhom mill-prodotti ordinarji mit-tmiem tal-manifattura tagħhom u l-preċiżjoni kbira tagħhom, kif ukoll mill-metodu tagħhom ta’ manifattura u l-ispeċifikazzjoni tal-funzjoni tagħhom. B’mod partikolari, il-fatt li viti għall-impjant medikali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux jiddaħħlu fil-ġisem ħlief permezz ta’ strumenti medikali speċifiċi, u mhux bi strumenti ordinarji, jikkostitwixxi karatteristika li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġu distinti dawn il-viti għall-impjanti medikali minn prodotti ordinarji.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.