26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Comunidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra SA
(Kawża C-70/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))
(2018/C 072/07)
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Comunidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (rappreżentanti: F. J. García Martínez u B. Pérez Conde, abogados)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti), SES Astra SA (rappreżentanti: F. González Díaz, V. Romero Algarra, abogados u F. Salerno, avocat)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il Kummissjoni (T-463/13 u T-464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni 2014/489/UE tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 ((C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implementata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (‘il barra minn Castilla-La Mancha), hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Comunidad Autónoma de Galicia (il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, Spanja) u minn Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) kemm fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll fil-kuntest tal-ewwel istanza.
4)
SES Astra SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 118, 04.04.2016.