28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Madrid – Spanja) – Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getafe
(Kawża C-74/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “attività ekonomika” - Kundizzjonijiet oħra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE - Artikolu 108(1) u (3) TFUE - Kunċetti ta’ “għajnuna eżistenti” u ta’ “għajnuna ġdida” - Ftehim tat-3 ta’ Jannar 1979 konkluż bejn ir-Renju ta’ Spanja u s-Santa Sede - Taxxa fuq il-kostruzzjoni, l-installazzjonijiet u x-xogħlijiet - Eżenzjoni favur proprjetà immobbli tal-Knisja Kattolika))
(2017/C 283/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania
Konvenut: Ayuntamiento de Getafe
Dispożittiv
Eżenzjoni fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tibbenefika minnha kongregazzjoni li tappartjeni lill-Knisja Kattolika għal xogħlijiet imwettqa fi proprjetà immobbli intiża għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet li ma għandhom ebda għan strettament reliġjuż, tista’ taqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE jekk, u sa fejn, dawn l-attivitajiet huma ekonomiċi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016.