16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Giovanni Pesce et (C-78/16), Cesare Serinelli et (C-79/16) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-79/16) Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile, Commissario Delegato Per Fronteggiare il Rischio Fitosanitario Connesso alla Diffusione della Xylella nel Territorio della Regione Puglia, Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali, Regione Puglia
(Kawżi magħquda C-78/16 u C-79/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni sanitarja tal-pjanti - Direttiva 2000/29/KE - Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti - Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/789 - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tax-Xylella fastidiosa (Wells et Raju) - Artikolu 6(2)(a) - Obbligu tat-tneħħija minnufih tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’raġġ ta’ 100 metru madwar il-pjanti infettati - Validità - L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29 - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal kumpens))
(2016/C 296/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Giovanni Pesce et (C-78/16), Cesare Serinelli et (C-79/16)
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-79/16) Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile, Commissario Delegato Per Fronteggiare il Rischio Fitosanitario Connesso alla Diffusione della Xylella nel Territorio della Regione Puglia, Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali, Regione Puglia
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi magħmula ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, tat-8 ta’ Mejju 2000, dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/89/KE, tat-28 ta’ Novembru 2002, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ proporzjonalità kif ukoll fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 156, 2.5.2016
Full & Egal Universal Law Academy