26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-81/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))
(2018/C 072/08)
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull, M. J. García-Valdecasas Dorrego u A. Rubio González, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 04.04.2016.