18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Continental Reifen Deutschland GmbH vs Compagnie générale des établissements Michelin, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-84/16 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “XKING” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinkludi l-element verbali “X” - Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Żnaturament tal – provi))
(2017/C 309/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Continental Reifen Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. O. Gillert, K. Vanden Bossche, Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Compagnie générale des établissements Michelin (rappreżentant: E. Carrillo, avukat), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Continental Reifen Deutschland GmbH hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Compagnie générale des établissements Michelin.
3)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ibati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016