11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, SL
(Kawża C-93/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Karattru unitarju - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) u (c) - Protezzjoni uniformi tad-dritt mogħti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontra probabbiltajiet ta’ konfużjoni u kontra ħsarat għar-reputazzjoni - Koeżistenza paċifika ta’ din it-trade mark ma’ trade mark nazzjonali użata minn terz f’parti mill-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ koeżistenza paċifika f’partijiet oħra mill-Unjoni - Perċezzjoni tal-konsumatur medju - Differenzi fil-perċezzjoni li jistgħu jeżistu f’partijiet differenti tal-Unjoni))
(2017/C 300/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Alicante
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited
Konvenuta: Tindale & Stanton Ltd España, SL
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li, f’parti mill-Unjoni Ewropea, trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade mark nazzjonali jikkoeżistu b’mod paċifiku ma jippermettix li jiġi konkluż li f’parti oħra mill-Unjoni, fejn ma teżistix koeżistenza paċifika bejn din it-trade mark tal-Unjoni Ewropea u s-sinjal identiku għal din it-trade mark nazzjonali, ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-imsemmija trade mark tal-Unjoni Ewropea u dan is-sinjal.
2)
L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elementi li, skont il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita bi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, huma rilevanti għall-evalwazzjoni dwar jekk il-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jistax jipprojbixxi, f’parti mill-Unjoni Ewropea li ma hijiex koperta minn dawn il-proċedimenti, l-użu ta sinjal, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni minn din il-qorti sabiex jiġi evalwat jekk dan il-proprjetarju jistax jipprojbixxi l-użu ta’ dan is-sinjal fil-parti mill-Unjoni koperta mill-imsemmija proċedimenti, sakemm il-kundizzjonijiet tas-suq u ċ-ċirkustanzi soċjokulturali ma jkunux differenti b’mod sinjifikattiv f’waħda mill-imsemmija partijiet mill-Unjoni milli fl-oħra.
3)
L-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li, f’parti mill-Unjoni Ewropea, trade mark li għandha reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea u sinjal jikkoeżistu b’mod paċifiku ma jippermettix li jiġi konkluż li f’parti oħra mill-Unjoni, fejn ma teżistix din il-koeżistenza paċifika, hemm raġuni valida li tilleġittima l-użu ta’ dan is-sinjal.
(1) ĠU C 156, 2.5.2016