18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide Spain SL, Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Saripod SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)
(Kawża C-97/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2002/15/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Transport bit-triq - Ħaddiem mobbli - Sewwieq li jaħdem għal rasu - Kunċett - Inammissibbiltà))
(2017/C 121/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: José María Pérez Retamero
Konvenuti: TNT Express Worldwide Spain SL, Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Saripod SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona, Spanja) hija inammissibbli.
(1) ĠU C 156, 02.05.2016.