3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-98/16) (1)
((Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa tas-suċċessjoni - Legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru - Applikazzjoni ta’ rata preferenzjali għall-organi li jeżistu jew huma legalment ikkostitwiti fil-Greċja kif ukoll għall-organi barranin simili taħt riżerva ta’ reċiproċità - Differenza ta’ trattament - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
(2017/C 213/15)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: M. Tassopoulou u V. Karra, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi adottat u billi żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprevedi rata preferenzjali tat-taxxa tas-suċċessjoni għal-legat magħmul għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea taħt riżerva ta’ reċiproċità, ir-Repubblika Ellenika naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016.