24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lyon – Franza) – Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg
(Kawża C-99/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 77/249/KEE - Artikolu 4 - Eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat - Router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA) - Router “NPVA” - Rifjut ta’ provvista lil avukat iskritt fil-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor - Miżura diskriminatorja])
(2017/C 239/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Lyon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jean-Philippe Lahorgue
Konvenuti: Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg
fil-preżenta ta’: Ministère public
Dispożittiv
Ir-rifjut li jingħata router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, għar-raġuni waħda li dan l-avukat ma jkunx iskritt f’kamra tal-avukati fl-ewwel Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni tiegħu bħala fornitur liberu ta’ servizzi fil-każ fejn l-obbligu li jipprattika ma’ avukat ieħor ma huwiex impost bil-liġi, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati, moqri fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali rifjut, fir-rigward tal-kuntest fejn dan ġie kkontestat, jissodisfax verament l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jistgħu jiġġustifikawh u jekk ir-restrizzjonijiet li jimponi ma humiex sproporzjonati fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.