8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 – Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou vs Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-100/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Trasferiment ta’ minjieri bi prezz inferjuri għall-valur reali tas-suq - Eżenzjoni mit-taxxi fuq l-operazzjoni ta’ trasferiment - Stima tal-ammont tal-vantaġġ mogħti))
(2017/C 144/16)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou (rappreżentanti: V. Christianos u I. Soufleros, dikigoroi)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u A. Bouchagiar, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Diċembru 2015, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni (T-233/11 u T-262/11, EU:T:2015:948), hija annullata sa fejn, permezz ta’ din is-sentenza, din naqset milli tirrispondi għall-argument ta’ Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou bbażat fuq l-għan li għalih ir-rapport ta’ perizja dwar l-istima tal-minjieri ta’ Kassandra (Il-Greċja) imwettaq matul is-sena 2004 ġie redatt.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Ir-rikors ta’ Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar Għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos Xrysos SA, huwa miċħud.
4)
Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.