11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Paper Consult SRL vs Direcţia Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bistriţa Năsăud
(Kawża C-101/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju - Artikolu 273 - Miżuri nazzjonali - Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali - Fattura maħruġa minn persuna taxxabbli ddikjarata “inattiva” mill-amministrazzjoni fiskali - Riskju ta’ frodi - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis - Proporzjonalità - Rifjut ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi tal-assenza ta’ frodi jew ta’ telf fiskali - Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tas-sentenza li tingħata - Assenza))
(2017/C 424/04)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Paper Consult SRL
Konvenuti: Direcţia Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bistriţa Năsăud
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bis-saħħa ta’ liema d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli għar-raġuni li l-operatur li pprovdielha servizz b’fattura li fuqha jinsabu b’mod distint l-ispiża u t-taxxa fuq il-valur miżjud ġie ddikjarat inattiv mill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, u fid-dawl tal-fatt li din id-dikjarazzjoni ta’ inattività hija pubblika u aċċessibbli fuq l-internet għal kull persuna taxxabbli f’dan l-Istat, meta dan ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis ikun sistematiku u definittiv, li ma jippermettix li tinġab il-prova tal-assenza ta’ frodi jew ta’ telf ta’ dħul fiskali.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.