26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat
(Kawża C-102/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Perijodi tal-mistrieħ tax-xufier - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 8(6) u (8) - Possibbiltà li jittieħed il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodu ta’ mistrieħ imnaqqas ta’ kull ġimgħa ’il bogħod mill-bażi u f’vettura - Esklużjoni tal-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa))
(2018/C 072/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vaditrans BVBA
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li xufier ma jistax jieħu l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-imsemmi Artikolu 8(6) fil-vettura.
2)
L-eżami tat-tieni domanda li saret ma wera ebda element ta’ natura li jolqot il-validità tar-Regolament Nru 561/2006 fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità fil-qasam kriminali kif stabbilit fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 165, 10.05.2016.