20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario), Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-104/16 P) (1)
((Appell - Relazzjonijiet barranin - Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar miżuri ta’ liberalizzazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd - Deċiżjoni li tapprova l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Applikazzjoni territorjali tal-ftehim - Interpretazzjoni tal-ftehim - Prinċipju ta’ awtodeterminazzjoni - Prinċipju ta’ effett relattiv tat-trattati)
(2017/C 053/23)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Legal, A. de Elera-San Miguel Hurtado u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Paasivirta u B. Eggers, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u M. J.-C. Halleux, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas, F. Fize u B. Fodda, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, aġenti) Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Struys, A. Bailleux, L. Eskenazi u R. Hicheri, avukati)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Diċembru 2015, Front Polisario vs Il-Kunsill (T-512/12, EU:T:2015:953), hija annullata.
2)
Ir-rikors tal-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Il-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
4)
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Portugiża, il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016
Full & Egal Universal Law Academy