22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2017 – British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-122/16 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Difett fil-motivazzjoni - Motiv ta’ ordni pubbliku mqajjem ex officio mill-qorti tal-Unjoni Ewropea - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Talbiet tar-rikors fl-ewwel istanza intiżi għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża - Projbizzjoni, għall-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li tiddikjara annullament totali tad-deċiżjoni kontenzjuża - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv))
(2018/C 022/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: British Airways plc (rappreżentanti: J. Turner, QC, u R. O’Donoghue, barrister, b’mandat minn A. Lyle-Smythe, solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u A. Dawes, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
British Airways plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.