20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – Malta) – Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina
(Kawża C-125/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Tekniki dentali - Kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti - Rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju - Applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Għan ta’ interess ġenerali li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità))
(2017/C 392/10)
Lingwa tal-kawża: il-Malti
Qorti tar-rinviju
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud
Konvenuti: Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 4(1) kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-attivitajiet ta’ tekniku dentali għandhom jiġu eżerċitati b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, sa fejn dan ir-rekwiżit japplika, konformement mal-imsemmija leġiżlazzjoni, fir-rigward ta’ tekniki dentali kliniki li kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’dan l-ewwel Stat Membru.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016