4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Christian Ferenschild vs JPC Motor SA
(Kawża C-133/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti ta’ konsum - Direttiva 1999/44/KE - Artikolu 5(1) - Terminu tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ - Terminu ta’ preskrizzjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) - Oġġetti użati - Limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ))
(2017/C 293/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christian Ferenschild
Konvenuta: JPC Motor SA
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola ta’ Stat Membru li tippermetti li t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-konsumatur ikun ta’ inqas minn sentejn mill-kunsinna tal-oġġett meta l-imsemmi Stat Membru jkun għamel użu mill-fakultà mogħtija permezz tat-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u meta l-bejjiegħ u l-konsumatur ikunu ftiehmu dwar terminu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ ta’ inqas minn sentejn, jiġifieri ta’ sena, għall-oġġett użat ikkonċernat.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.