17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-135/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Skema favur sorsi rinnovabbli ta’ enerġija u konsumaturi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni (UE) 2015/1585 - Validità fid-dawl tal-Artikolu 107 TFUE - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali))
(2018/C 328/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Amministrattiva ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2016, hija inammissibbli.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy