28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Burgos – Spanja) – Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba, Rodrigo Moreno Benavente vs Abadía Retuerta, SA
(Kawża C-139/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(1)(c) - Trade mark verbali nazzjonali La Milla de Oro - Raġunijiet għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ invalidità - Sinjali ta’ oriġini ġeografika))
(2017/C 283/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Burgos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba, Rodrigo Moreno Benavente
Konvenuta: Abadía Retuerta, SA
Dispożittiv
1)
Sinjal bħal “la Milla de Oro”, li jagħmel riferiment għall-karatteristika ta’ prodott jew ta’ servizz li tikkonsisti fil-possibbiltà li jinstab b’abbundanza, fl-istess post, tali prodott jew servizz, ta’ valur u ta’ kwalità għolja, ma jistax jikkostitwixxi indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika, peress li dan is-sinjal għandu jkun akkumpanjat b’isem li jagħmel riferiment għal post ġeografiku sabiex ikun jista’ jiġi identifikat l-ispazju fiżiku li miegħu hemm assoċjata konċentrazzjoni qawwija ta’ prodott jew ta’ servizz, ta’ valur u ta’ kwalità għolja.
2)
L-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjal bħal “la Milla de Oro”, li jagħmel riferiment għall-karatteristika ta’ prodott jew ta’ servizz li tikkonsisti fil-possibbiltà li jinstab b’abbundanza, fl-istess post, tali prodott jew servizz, ta’ valur u ta’ kwalità għolja, jista’ ma jaqax taħt il-karatteristiċi li l-użu tagħhom bħala trade mark jikkostitwixxi raġuni għal invalidità, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.