10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gerechtshof Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aramex Nederland BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane
(Kawża C-145/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Validità - Regolament (UE) Nru 301/2012 - Intestaturi 8703 u 8711 - Vettura bi tliet roti msejħa “Spyder”))
(2017/C 112/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aramex Nederland BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li vettura bi tliet roti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mgħammra b’tajers immanifatturati għall-motoċikletti bi tliet roti iżda simili għal dawk għall-vetturi bil-mutur, ikkontrollata permezz ta’ manubriju u mgħammra b’sistema tal-istering bbażat fuq il-prinċipju Ackermann, taqa’ taħt l-intestatura 8703 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy