20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia – il-Polonja) – Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra vs Szpital Specjalistyczny im. A. Falkiewicza we Wrocławiu
(Kawża C-149/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “tkeċċijiet” - Assimilazzjoni ta’ “terminazzjonijiet ta’ kuntratt ta’ xogħol fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega” ma’ tkeċċijiet - Modifika unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni])
(2017/C 392/11)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra
Konvenut: Szpital Specjalistyczny im. A. Falkiewicza we Wrocławiu
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li timpjega għandha tipproċedi għall-konsultazzjonijiet previsti minn dan l-Artikolu 2 meta hija jkollha l-intenzjoni li twettaq, għad-detriment tal-ħaddiema, emenda unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, f’każ ta’ rifjut ta’ aċċettazzjoni min-naħa ta’ dawn tal-aħħar, tinvolvi t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.