24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova – ir-Rumanija) – Fondul Proprietatea SA vs Complexul Energetic Oltenia SA
(Kawża C-150/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Dejn miżmum minn kumpannija li l-maġġoranza tal-kapital tagħha huwa miżmum mill-Istat Rumen, fil-konfront ta’ kumpannija li dan l-Istat huwa l-uniku azzjonist tagħha - Datio in solutum - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Obbligu li l-Kummissjoni Ewropea tiġi nnotifikata))
(2017/C 239/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA
Konvenuta: Complexul Energetic Oltenia SA
Dispożittiv
1)
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, datio in solutum ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, meta:
—
din id-deċiżjoni tikkostitwixxi vantaġġ mogħti direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat,
—
l-impriża benefiċjarja ma kinitx ser tikseb faċilitajiet komparabbli mingħand kreditur privat, u
—
l-imsemmija deċiżjoni tista’ tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.
2)
Jekk qorti nazzjonali tikklassifika bħala għajnuna mill-Istat id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, datio in solutum ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, l-awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru huma obbligati jinnotifikaw din l-għajnuna lill-Kummissjoni qabel l-implementazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 108(3) TFUE.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.