4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-151/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku - Artikolu 14(1)(ċ) - Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni Ewropea u għall-produzzjoni tal-elettriku abbord dgħajjes - Karburant użat minn bastiment sabiex ibaħħar mill-post fejn inbena għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu))
(2017/C 293/10)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB
Konvenuti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-karburant użat sabiex bastiment ibaħħar, mingħajr merkanzija, minn port ta’ Stat Membru, f’dan il-każ dak ta’ fejn dan il-bastiment inbena, għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemm jimbarka merkanzija qabel ma sussegwentement tiġi ttrasportata għal port tat-tielet Stat Membru.
2)
L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-provvista ta’ prodotti ta’ enerġija lil bastiment twettqet mingħajr ma ġew issodisfatti r-rekwiżiti formali previsti minn din il-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-provvista hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kollha previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.