30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-152/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq - Artikolu 16(1) u(5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn))
(2017/C 030/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)
Dispożittiv
1)
Peress li ma stabbilixxiex reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport tat-triq għalkollox konformi u interkonness mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.