29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-153/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati - Skart li ma jirrispettax ir-rekwiżiti ffissati mid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem))
(2017/C 168/20)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: A. Grum, aġent)
Dispożittiv
1)
Peress li ppermettiet fuq art miksija biż-żrar li tinsab fit-territorju tal-komun ta’ Lovrenc na Dravskem polju (is-Slovenja) un perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, minħabba ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati, flimkien ma skart ieħor u bir-rimi tagħhom bi ksur tar-rekwiżiti imposti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], ir-Repubblika tas-Slovenja kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva u tal-Artikoli 12 u 13 kif ukoll tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.