18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-160/16) (1)
((Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu - Politika tal-enerġija - Rendiment tal-enerġija tal-bini - Direttiva 2010/31/UE - Artikolu 5(2) - Rapport dwar il-livelli kostottimali))
(2017/C 121/11)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrażmettietx ir-rapport dwar il-livelli kostottimali, previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u li kellu jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012, tas-16 ta’ Jannar 2012, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 251, 11.07.2016.
Full & Egal Universal Law Academy