Kawża C-163/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Christian Louboutin, Christian Louboutin Sas vs van Haren Schoenen BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Raġunijiet assoluti għal rifjut jew invalidità — Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott — Kunċett ta’ “forma” — Kulur — Pożizzjoni fuq parti tal-prodott — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 2 — Artikolu 3(1)(e)(iii))
C2762018MT210120180612MT00022121
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Christian Louboutin, Christian Louboutin Sas vs van Haren Schoenen BV
(Kawża C-163/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Raġunijiet assoluti għal rifjut jew invalidità — Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott — Kunċett ta’ “forma” — Kulur — Pożizzjoni fuq parti tal-prodott — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 2 — Artikolu 3(1)(e)(iii))”2018/C 276/02Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christian Louboutin, Christian Louboutin Sas
Konvenuta: van Haren Schoenen BV
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjal li jikkonsisti f’kulur applikat fuq il-pett ta’ żarbun b’takkuna għolja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex ikkostitwit esklużivament mill-“forma”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
( 1 ) ĠU C 211, 13.06.2016.
Full & Egal Universal Law Academy