22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Toufik Lounes vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-165/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Benefiċjarji - Nazzjonalità doppja - Ċittadin tal-Unjoni li kiseb in-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm in-nazzjonalità ta’ oriġini tiegħu - Dritt ta’ residenza, f’dan l-Istat Membru, ta’ ċittadin ta’ Stat terz li huwa membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni))
(2018/C 022/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Toufik Lounes
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Dispożittiv
Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni Ewropea jkun uża l-libertà ta’ moviment tiegħu billi mar u rrisjeda fi Stat Membru differenti minn dak li għandu n-nazzjonalità tiegħu bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) jew tal-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva, u jkun imbagħad kiseb in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, filwaqt li jżomm ukoll in-nazzjonalità ta’ oriġini tiegħu, u, diversi snin wara, ikun iżżewweġ ċittadin ta’ Stat terz li miegħu jkun għadu jirrisjedi fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, dan iċ-ċittadin ma jibbenefikax minn dritt ta’ residenza dderivat fl-Istat Membru inkwistjoni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva. Madankollu, huwa jista’ jibbenefika minn tali dritt ta’ residenza bis-saħħa tal-Artikolu 21(1) TFUE, f’kundizzjonijiet li ma għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk previsti fid-Direttiva 2004/38 fir-rigward tal-għoti tal-imsemmi dritt lil ċittadin ta’ Stat terz li jkun membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu billi stabbilixxa ruħu fi Stat Membru differenti minn dak li tiegħu jkollu n-nazzjonalità.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.