13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Mons – il-Belġju) – Sandra Nogueira et vs Crewlink Ireland Ltd (C-168/16), Miguel José Moreno Osacar vs Ryanair Designated Activity Company, li kienet Ryanair Ltd (C-169/16)
(Kawżi Magħquda C-168/16 u C-169/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 19(2)(a) - Kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” - Settur tat-trasport bl-ajru - Ekwipaġġ tal-kabina - Regolament (KEE) Nru 3922/91 - Kunċett ta’ ‘bażi ta’ residenza’))
(2017/C 382/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro (C-168/16), Miguel José Moreno Osacar (C-169/16)
Konvenuti: Crewlink Ireland Ltd (C-168/16), Ryanair Designated Activity Company, anciennement Ryanair Ltd (C-169/16)
Dispożittiv
L-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ rikors ippreżentat minn membru tal-ekwipaġġ tal-kabina ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru jew li jkun ipprovdut għad-dispożizzjoni tagħha, u sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni ta’ qorti adita, il-kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”, fis-sens ta’ din id-dipożizzjoni, ma huwiex ekwiparabbli għal dak ta’ “bażi ta’ residenza”, fis-sens tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, tas-16 ta’ Diċembru 1991, dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006. Madankollu, il-kunċett ta’ “bażi ta’ residenza” jikkostitwixxi indizju sinjifikattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-“post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”.
(1) ĠU C 191, 30.05.2016.