20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Trayan Beshkov vs Sofiyska rayonna prokuratura
(Kawża C-171/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI - Kamp ta’ applikazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ piena totali - Proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni - Tibdil tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-piena imposta f’dak l-Istat Membru l-ieħor))
(2017/C 392/12)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Trayan Beshkov
Konvenuta: Sofiyska rayonna prokuratura
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, tal-24 ta’ Lulju 2008, dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, għandha tiġi interpretata fis-sens li din hija applikabbli għal proċedura nazzjonali intiża sabiex timponi, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, piena ta’ priġunerija totali billi tieħu inkunsiderazzjoni l-piena imposta fuq persuna mill-qorti nazzjonali kif ukoll dik imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti ppronunzjata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti.
2)
Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2008/675 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi li t-teħid inkunsiderazzjoni, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel minn qorti ta’ Stat Membru ieħor ikun suġġett għall-implementazzjoni ta’ proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni mill-qrati kompetenti ta’ dan l-ewwel Stat Membru, bħal dik prevista fl-Artikoli 463 sa 466 tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (kodiċi ta’ proċedura kriminali).
3)
L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2008/675 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qorti nazzjonali, adita b’talba ta’ impożizzjoni, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, ta’ piena ta’ priġunerija totali li b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni l-piena imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti ppronunzjata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor, għandha timmodifika għal dan l-għan il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ din il-piena tal-aħħar.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.