18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry
(Kawża C-175/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 17 - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Kumpensi addizzjonali - Assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tat-tfal - “Ġenituri ta’ villaġġi tat-tfal” - Assenza temporanja ta’ “ġenituri” prinċipali - Ħaddiema impjegati bħala “ġenituri” sostituti - Kunċett)
(2017/C 309/12)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik
Konvenut: SOS-Lapsikylä ry
Dispożittiv
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistax japplika għal attività bi ħlas, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fit-teħid ta’ responsabbiltà tat-tfal fil-kundizzjonijiet ta’ ambjent tal-familja, bis-sostituzzjoni tal-persuna inkarigata, prinċipalment, minn din il-missjoni, meta ma jkunx stabbilit li t-tul ta’ ħin tax-xogħol, fl-intier tiegħu, ma jkunx imkejjel jew predeterminat jew jista’ jkun determinat mill-ħaddiem innifsu, fatt li għandu jkun ivverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 191, 30.05.2016.