26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA, Guerrato SpA vs Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)
(Kawża C-178/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45(2) u (3) - Kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku - Dikjarazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ sentenzi definittivi ta’ kundanna tal-ex amministraturi tal-kumpannija offerenti - Aġir kriminali ta’ ex amministratur - Kundanna kriminali - Dissoċjazzjoni sħiħa u effettiva bejn l-impriża offerenti u dan l-amministratur - Prova - Evalwazzjoni mill-awtorità kontraenti tar-rekwiżiti relatati ma’ dan l-obbligu))
(2018/C 072/11)
Lingwa tal-kawża: il-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA, Guerrato SpA
Konvenuti: Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)
fil-preżenza ta’: Società Italiana per Condotte d’Acqua SpA, Inso Sistemi per le Infrastrutture Sociali SpA
Dispożittiv
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], b’mod partikolari l-punti (ċ), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-awtorità kontraenti:
—
tieħu inkunsiderazzjoni, skont il-kundizzjonijiet li hija stabbilixxiet, kundanna kriminali tal-amministratur ta’ impriża offerenti, anki jekk din il-kundanna għadha ma hijiex definittiva, għal reat li jaffettwa l-kondotta professjonali ta’ din l-impriża meta dan ma baqax jeżerċità l-funzjonijiet tiegħu fis-sena ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt pubbliku, u
—
li teskludi lill-imsemmija impriża mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt inkwistjoni, minħabba li, billi naqset milli tiddikjara din il-kundanna li kienet għadha mhux definittiva, hija ma ddissoċjatx ruħha kompletament u effettivament mill-aġiri tal-imsemmi amministratur.
(1) ĠU C 232, 27.06.2016.