28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 – Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-180/16 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq ta’ proġetti relatati ma’ switchgear iżolat bil-gass - Deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea wara l-annullament parzjalment mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni inizjali - Modifika tal-multi - Drittijiet tad-difiża - Assenza ta’ adozzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Ugwaljanza fit-trattament - Impriża konġunta - Kalkolu tal-ammont inizjali - Grad ta’ kontribuzzjoni fil-ksur - Awtorità ta’ res judicata))
(2017/C 283/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Toshiba Corporation (rappreżentanti: J. F. MacLennan, Solicitor, S. Sakellariou, dikigoros, A. Schulz, Rechtsanwalt u J. Jourdan, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. Khan, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 175, 17.05.2016