14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-187/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Stamperija tal-Istat - Produzzjoni ta’ dokumenti tal-identità u ta’ dokumenti uffiċjali oħrajn - Ikkummissjonar ta’ impriża tad-dritt privat mingħajr proċedura preċedenti ta’ sejħa għal offerti - Miżuri tas-sigurtà speċjali - Ħarsien tal-interessi vitali tal-Istati Membri))
(2018/C 166/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u B.-R. Killmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: M. Fruhmann, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi tat direttament lill-Österreichische Staatsdruckerei GmbH, mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kuntratti ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu u kif ukoll taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu, u billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu obbligu fuq l-awtoritajiet kontraenti li jagħtu direttament kuntratti ta’ servizzi bħal dawn lil din il-kumpannija, mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u tal-Artikolu 14 kif ukoll tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] moqrija flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwint mill-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy