28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Werner Fries vs Lufthansa CityLine GmbH
(Kawża C-190/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (UE) Nru 1178/2011 - Anness I, punt FCL.065(b) - Projbizzjoni għad-detenturi ta’ liċenzja ta’ pilota li jkunu laħqu l-età ta’ 65 sena li jaġixxu bħala pilota ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali - Validità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15 - Libertà professjonali - Artikolu 21 - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Trasport kummerċjali bl-ajru - Kunċett))
(2017/C 283/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Werner Fries
Konvenuta: Lufthansa CityLine GmbH
Dispożittiv
1)
L-eżami tal-ewwel u tat-tieni domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-punt FCL.065(b) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, tat-3 ta’ Novembru 2011, li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fid-dawl tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2)
Il-punt FCL.065(b) tal-Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxi lid-detentur ta’ liċenzja ta’ pilota li jkun laħaq l-età ta’ 65 sena la milli jipprattika bħala pilota fit-titjiriet vojta, magħmula fil-kuntest tal-attività kummerċjali ta’ trasportatur, mingħajr trasport ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija jew ta’ posta, u lanqas milli jeżerċita bħala istruttur u/jew eżaminatur fuq inġenju tal-ajru, mingħajr ma jkun jagħmel parti mill-ekwipaġġ ta’ sewqan tat-titjira.
(1) ĠU C 222, 20.06.2016